Ricerka fost tfal Maltin uriet illi f’Malta ghandna zewg rekords mondjali. Dak ta’ l-aktar tfal hoxnin u dak ta’ l-aktar tfal li jbaghtu bi stress. Ha nibdew minn tal-ahhar. Studju fost 41 pajjiz wera illi f’Malta hawn 60% tat-tfajliet ta’ 13-il sena li jhossu stress minhabba l-iskola. Din hija l-oghla rata fost it-tfal tal-pajjizi kollha fejn saret ir-ricerka. U ta’ 15-il sena in-numru ta’ tfajliet ibaghtu bl-istress joghla ghal 67%. Fis-subien in-numri mhumiex wisq anqas. Din hija xi haga incredibbli. Illi tfal at’ 13-il sena ikollhom tant inkwiet f’hajjithom ifisser illi xi haga fis-sistema edukattiva taghna mhux sejra sew.
It-tieni rekord huwa ta’ l-obesita. Studju maghmul mit-tobba tal-iskejjel f’Malta wera illi 20% tat-tfal ta’ Year 1 huma hoxnin. U aktar ma jigbru t-tfal aktar joghla dan il-percentagg. L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tqies l-obesita bhala marda fiha nfisha. Imma l-obesita igib maghha ukoll hafna mard iehor. Igib iz-zokkor ( illi f’Malta diga huwa komuni hafna); igib l-artrite ( u b’hekk tkompli tizdied il-“waiting list” ghal min ikollu bzonn ta’ operazzjoni fuq il-hip jew l-irkoppa); igib il-kancer u l-infertilita; igib il-mard tal-qalb u l-pressjoni gholja u hafna mard iehor. U mhemmx dubju illi l-maggoranza tat-tfal hoxnin jibqghu hoxnin hajjithom kollha jekk ma jiehdux azzjoni.
Ghal dawn iz-zewg records negative hemm bzonn infitxu rimedju . Is-soluzzjonijiet huma hafna u wahda tmiss ma’ l-ohra. Pero ghaz-zewg problemi hemm xi haga komuni li nistghu nahdmu fuqha. U din hi l-attivita fizika.
Illum it-tfal taghna isibuha aktar bi tqila biex jiccaqalqu. Hemm aktar xi jzommhom gewwa - l-istudju, il-kompjuters,it-TV. L-ispazji ta’ barra saru izghar ukoll. Inbnew hafna mill-widien u l-ghelieqi li konna nilghabu fihom meta kont zghir jien. Ghalhekk huwa mportanti illi t-tfal taghna jiehdu sehem akbar fi sports organizzat.
Ejja naghmluha cara. L-isport ghandu jkun sors ta’ pjacir ghat-tfal taghna. Mhux xi haga li zidilhom l-istress li diga ghandhom. Infatti jekk l-attitudni taghna l-genituri lejn l-isports tkun wahda tajba, l-isport ghandu jkun mezz qawwi ta’ kif it-tfal jistriehu mill-“problemi” u l-istrapazz tal-iskola. Niltaqa ma’ hafna genituri ( u kulltant ma’ xi coaches tal-football nurseries) illi jghiduli –imma t-tifel tieghi jipprometti u hemm bzonn nafsu. Ir-risposta ghal dan hi illi vera li t-tifel tieghek jista’ jkun il-Carmel Busutill jew il-Michael Mifsud ta’ ghada, imma l-bicca l-kbira tat-tfal mhumiex ser issiru footballers jew tennisti professjonali la jikbru. U ghal dawn l-isport ghandu jkun sors ta’ pjacir u mhux ta’ inkwiet zejjed.
Fejn tidhol l-obesita l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tirrakkomanda illi s-sistema edukattiva ghanda tipprovdi ta’ l-anqas siegha ezercizju kuljum. Is-sistema edukattiva taghna hija ‘l boghod hafna minn hekk. L-iskejjel primarji joffru biss saghtejn PE fil-gimgha. U dawk sekondarji minn tlett kwarti sa siegha u nofs fil-gimgha. Dan mhux bizzejjed u hemm bzonn li jizdied. Imma ahna l-genituri mghandniex noqghodu biss fuq il-PE tal-iskola. Fil-hin ta’ wara l-iskola u fil-weekends hemm bzonn illi ndahlu aktar hin ta’ attivita fizika. U kif jghidu: l-ezempju jkaxkar. It-tfal hafna drabi jikkopjaw lilna!
Min-naha tal-professjoni medika mbaghad jehtieg illi tinghata aktar informazzjoni lill-genituri. Hemm bzonn aktar informazzjoni dwar x’inhu l-ahjar sport ghal tfal ta’ etajiet differenti. Dwar l-ahjar ikel ghal tfal sportivi; dwar kif nipprevenu l-“isport injuries” u dwar kif it-tfal taghna jirkupraw minn dawn l”injuries”.
Mhemmx dubju illi l-isport sar parti integrali mill-hajja taghna u tat-tfal taghna. Jekk naghrfu nuzawh sew, ghandu jkun sors ta’ pjacir u sahha.
chrisfearne@gmail.com

1 comments:
Problema li lili bhala genitur izommni milli nohrog siegha kuljum it tfal huwa l'ammont eccesiv ta 'h.w' li tigi bih it tifla (9 snin).
Post a Comment